Il-Viċi-Kap Nazzjonalista David Agius qam bil-wieqfa u telaq il barra mill-kamra meta mistoqsi jekk il-Partit Nazzjonalista hux se jitlob apoloġija lill-poplu malti minħabba r-riperkuzzjonijiet li għaddha minnhom il-pajjiz minħabba l-gidba Egrant li saret fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu.
Fl-2017, Daphne Caruana Galizia allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru u s-sinjura Michelle Muscat. Bl-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ibbaza l-kampanja fuq il-gidba egrant.
B’wieħed mill-protagonisti ikun l-id illeminja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, id-direttur tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli, fil-qorti iddepozita dokumenti iffalsifikati sabiex isir gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.
Kawża ta’ din il-gidba l-pajjiz mar għall-elezzjoni ġenerali. Izda David Agius, telaq ‘il barra mill-kamra flok skuża ruħu mal-poplu Malti.
Fl-2017, David Agius kien wieħed mill-esponenti nazzjonalisti ewlenin li kien jirrepeti l-gidba Egrant.
Izda wara li mill-inkjesta rrizulta li saret l-ikbar gidba fl-istorja politika fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu, David Agius u l-Partit Nazzjonalista m’għandhomx kelma waħda ta’ apoloġija lejn il-poplu malti, għar-riperkuzzjonijiet li għaddha minnhom il-pajjiz minħabba l-gidba Egrant.
David Agius qal biss li dan huwa passat.
L-aġir aroganti ta’ Agius jingħaqad ma dak li qal l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li qal li Pierre Portelli m’għamel xejn ħazin u m’għandux minn xiex jistħi meta fil-qorti prezenta dokumenti iffalsifikati sabiex isir gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.