Fi stqarrija l-Partit Laburista irrefera għar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-verifika fuq l-indħil dirett ta’ Chris Said, fid-deċiżjonijiet dwar fondi allokati għall-Kunsill Lokali.
Qal li din hija kundanna mill-aktar ħarxa fuq wieħed mill-aktar persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
“B’dawn it-tip ta’ politiċi jrid jippreżenta ruħu ta’ xi paladin tal-governanza. Il-verità sagrosanta hi li Busuttil għandu standard għalih u n-nies tiegħu u standard għal ħaddieħor” temm jgħid il-Partit Laburista.