Fi stqarrija l-kumpanija Maypole kjarifikat il-pożizzjoni tagħha dwar ir-riklam li jġib mara għarwiena b’ħobża mħaddna ma’ sidirha.
Qalet li l-kampanja tal-marketing għat-tip ta’ ħobż bl-isem LIV tnediet f’Malta s-sena li għaddiet bħala parti minn kampanja internazzjonali, oriġinarjmanet maħsuba mill-grupp Zeelandia. Dan il-grupp jipprovdi l-ingredjenti neċessarji biex isir ħobż li jnaqqas il-kolesterol.
Saħansitra ġġib riklam b’raġel fl-istess pożizzjoni tal-mara li dehret stampata fuq vann li qajjem diskussjoni sħiħa fuq l-internet. Dan ir-ritratt huwa stampat fuq in-naħa l-oħra tal-vann tal-Maypole li spiċċa sar viral fuq l-internet.
Maypole qalet li billi wżat il-materjal tal-kumpanija oriġinali, ma kellha ebda intenzjoni tirriduċi lin-nisa jew inkella lill-irġiel. Id-diretturi skużaw irwieħhom jekk kien hemm min offenda ruħu, u nnotat li kien hemm min ħassu hekk fost il-pubbliku. Għalhekk se tkun qed tiddiskuti kampanja alternattiva mal-kumpanija internazzjonali Zeelandia.