Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-grawnd il-ġdid tal-futbol ta’ Marsaskala li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun.
Il-proġett kien ġie mħabbar lura fl-2016, fejn qabel il-plejers ta’ Marsaskala ma kellomx fejn jitħarrġu.
Il-faċilità inawgurata li hi kumpless sportiv tinkludi grawnd u kwartieri għall-klabb tal-futbol, kemm tal-kbar u anke tan-nursery. Intqal kif il-grawnd hu wiehed ta’ livell tant li hu approvat mill-FIFA. Il-faċilità għandha wkoll dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u ristorant li jista’ jiġi kkummerċjalizzat.
F’din il-faċilità wieħed għandu jsib ukoll ġibjun sabiex jinġabar l-ilma u jkun qed jitħares ukoll l-ambjent. Il-grawnd, anke permezz ta’ qbil bejn Marsaskala Football Ground u SportMalta se jkun jista’ jiġi utlizzat filgħodu mill-iskejjel tal-lokal u anke minn soċjetajiet diversi f’Marsaskala biex b’hekk ikun qed jiġi mmassimizzat il-potenzjal ta’ din il-faċilità.