Ilbieraħ filgħaxija l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 85 immigrant.
Huma ġew salvati permezz tal-patrol boat P51 wara li sabu ruħhom f’diffikultà fuq dgħajsa tal-injam. Huma ttellgħu abbord id-dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn se jkunu qed jinġiebu Malta aktar kmieni dalgħodu.
Fost l-immigranti hemm 77 raġel, sebgħa nisa u tifel.