Fil-programm Xarabank, f’dibattitu ma’ Miriam Dalli, l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ma kellhiex kelma waħda xi tgħid fuq vot li ħadu hi u sħabha kontra s-sistema ta’ tassazzjoni f’pajjiżna.
Kienet l-MEP Miriam Dalli li f’dan id-dibattitu tkellmet dwar kif permezz ta’ vot li ttieħed xahar ilu, proprju fis-26 ta’ Marzu, Metsola u sħabha heddew il-prinċipju tal-unanimità u s-sovranità fis-sistema tat-taxxa Maltija.
Bid-dokumenti f’idejha u tispjega klawsola klawsola, Miriam Dalli għamlitha ċara li dan hu vot li jhedded l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin u sostniet li filwaqt li Metsola f’Malta tgħid li trid tiddefendi s-sistema ta’ tassazzjoni fi Brussell tmur u tivvota mod ieħor.
Metsola fl-ebda ħin ma ċaħdet dan il-vot u meta Dalli qaltilha li għandha wiċċ għal Malta u wiċċ ieħor għal Brussell infexxet tgħajjat gidba gidba. Iżda, kull darba li għamlet hekk kien hemm dokumenti jidher fuq it-televiżjoni li juri kif tassew Metsola u sħabha ivvotaw kontra pajjiżna.
Din hi t-tieni darba f’ġimgħa li kien żvelat kif MEPs tal-PN ivvotaw kontra l-interess ta’ Malta. F’Realtà, l-MEP Alfred Sant ukoll iffaċċja lil Francis Zammit Dimech b’vot kontra Malta.
Vot li f’dak il-każ ittieħed f’Diċembru tal-2017. Dwar dan il-każ ukoll l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista ma kellhom ebda ġustifikazzjoni bl-uniku risposta tagħhomt kun li jivvintaw gidba dwar l-abort.