Nemmnu fl-inklużjoni, għal soċjeta ġusta.
Dan hu l-messaġġ l-ġdid tal-Partit Laburista li nieda fit-toroq tal-gżejjer Maltin.
Messaġġ li jixhed viżjoni ta’ dan il-Gvern li jinkludi lil kulħadd minn kull mixja tal-ħajja. Gvern li jixtieq jara lil kull persuna, hi min hi, u ġejja minn fejn ġejja, tingħata l-istess opportunitajiet u għażliet filwaqt li tirnexxi sabiex b’hekk kulħadd jgħix f’soċjetà ġusta.