Raġel ta’ 49 sena mill-Pietà jinsab fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qala’ daqqiet b’oġġett iebes f’rasu f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għal ħabta tat-3:30pm fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar. Sa’ issa jidher li r-raġel qala xi daqqiet minn tlett irġiel li ħarbu minn fuq il-post.
Huma ġew arrestati ftit tal-ħin wara mill-Pulizija bil-każ jista’ jitqies bħala attentat ta’ qtil.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra.