F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis waranofsinhar is-servizz tat-Tuktuk, trasport b’xejn għall-anzjani fil-lokalità fejn joqgħodu ġie estiż f’seba’ lokalitajiet oħra madwar Malta.
Il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Imsida, l-Imtarfa, ir-Rabat u Ta’ Xbiex se jingħaqdu mat-tliet lokalitajiet eżistenti li huma l-Gzira, il-Mosta u ż-Żurrieq.
Dan is-servizz jista’ jintuża sabiex l-anzjani jitwasslu mid-dar tagħhom għal postijiet oħra fl-istess lokalità, sabiex jagħmlu l-qadi tagħhom kif ukoll jibqgħu attivi fil-komunità, u jerġgħu jitwasslu lura lejn ir-residenza tagħhom.
Is-servizz imsejjaħ SilverT jista’ jintuża mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00am u s-14:00pm, u wieħed irid jibbukkja sa mhux inqas minn jumejn qabel fuq 21695544.
F’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Surplus għan-Nies’ fil-Pjazza tar-Rabat, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal kif din hi parti mill-politika tal-gvern li l-anzjani jibqgħu jgħixu fost il-kommunità. Qal li permezz ta’ dawn l-inizjattivi l-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar