Madwar tmienja u sebgħin elf dokument tal-vot għadhom ma nġabrux mill-persuni eleġibbli li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Dan jammonta għal ftit aktar minn għoxrin fil-mija tad-dokumenti tal-vot. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali Louis Gatt spjega li dawn id-dokumenti flimkien ma’ dawk tal-kunsilli lokali, jistgħu jinġabru personalment mill-votant mill-għases tal-Pulizija mill-Ġimgħa li ġej mit-3pm ‘l quddiem.
Gatt qal li “Il-ħinijiet se jibdew minn għada l-Ġimgħa mit-3:00pm sad-9:00pm imbagħad ikomplu s-Sibt mit-8:00am sas-1:00pm u mit-3:00pm sad-9:00pm”
Il-ġbir tad-dokumenti tal-vot mill-għasses se jsir kuljum u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 19 ta’ Mejju sas-siegħa ta’ waranofsinhar. Is-Sur Gatt qal li l-vot jista’ jinġabar biss mill-votant innifsu.
Qal li “Kull elettur jista’ jiġbor id-dokument tal-vot personalment u jrid jieħu l-karta tal-identità. Ma tistax tieħu passaport jew liċenzja u tieħu biss il-karta tal-identita’”
F’xi lokalitajiet it-tqassim tal-voti mhux ser issir mill-għasses tal-Pulizija.
Spjega kif “San Pawl il-Baħar il-ġbir se jsir mill-Għassa tal-Qawra, imbagħad dawn il-lokalitajiet il-ġbir se jsir mill-uffiċini tal-Kunsilli għandek Bormla, Marsaskala, Marsaxlokk, Ta’ Xbiex, Pembroke, l-Iklin, Ħal Lija, Funtana u Għasri.”
Dawk l-anzjani li jgħixu f’dar tal-anzjani ta’ ‘l fuq minn 50 resident, se jivvutaw is-Sibt tmintax tax-xhar fir-residenza stess.
Gatt qal li “Dawk l-anzjani li għadd għandhom l-indirizz tar-residenza l-antika tagħhom u qegħdin fid-dar tal-anzjani u lill-qraba tagħhom irċevew id-dokument tal-vot, importanti li dan iwasslulhom sal-Ġimgħa 17 ta’ Mejju biex ikunu jistgħu jivvutaw”
Intant, il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali qal li tlesta l-istampar kollu tal-poloz tal-vot, kemm tal-Parlament Ewropew u anke tal-Kunsilli Lokali. Ħeġġeġ li kull min għandu xi problema dwar il-ġbir tad-dokument tal-vot biex iċempel minnufih lill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq FREEPHONE 80072257.