Matul dawn l-aħħar sitt snin, il-gżejjer Maltin esperjenzaw bidla. Bidla għall-aħjar, b’numri li jixhdu l-bidla ta’ dan il-pajjiż.
Fost oħrajn insibu ż-żieda ta’ 30% fid-dħul medju mill-2013, żieda fil-persuni impjegati fejn minn 170,700 dan in-numru issa tela’ għal 230,000. Rajna wkoll iż-żieda ta’ nisa jaħdmu f’pajjiżna fejn minn 64,200 dan in-numru issa tela’ għal 95,100. Ir-rata ta’ qgħad niżlet minn 6.2% għal 3.7% fejn persuni fuq assistenza soċjali niżlu minn 11,795 għal 5,520.
Fost il-bidla li ra dan il-pajjiż, ma jonqosx li nsemmu t-tnaqqis ta’ defiċit ta’ €250 miljun, bil-pajjiż jesperjenza surplus ta’ €250 miljun.
Numri li jixhdu bidla ta’ pajjiż. Bidla li setgħet tkun possibbli hekk kif dan il-Gvern iwettaq dak li jwiegħed