Ċifri tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika juru li n-nefqa fuq benefiċċji soċjali kienet ta’ kważi €230 miljun fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, żieda ta’ kważi €6 miljun, jew 2.6%, meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2018.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li n-nefqa fil-benefiċċju kontributorji, bħall-pensjonijiet taż-żewġ terzi, kienet ta’ ftit iktar minn €182 miljun, żieda ta’ 3.3% man-nefqa fl-istess perjodu fl-2018.
In-nefqa fil-benefiċċji mhux kontributorji, bħall-pensjoni tad-diżabilita u ċ-children’s allowance, kienet ta’ kważi €48 miljun, żieda ta’ 0.1% fin-nefqa meta mqabbel ma’ sena ilu.
Fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif minkejja li żdiedet in-nefqa naqsu n-nies dipendenti fuq l-għajnuna soċjali u issa jistgħu jgħixu bid-dħul tagħhom. Qal kif dan huwa l-vera prosperity with a purpose.
In Q1 2019 we registered a further reduction in persons depending on social assistance and who are now are able to sustain themselves through their own means. Prosperity with a Purpose -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 6, 2019