Andrew Mangion, is-suspettat ewlieni bil-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, għadda l-lejl fl-isptar Monte Karmeli fejn ingħata wkoll kura psikjatrika.
Kien ilbieraħ li Andrew Mangion ta ruħu b’idejh lill-pulizija, biex l-investigazzjoni ħadet xejra oħra, wara kważi 48 siegħa tfittxija għalih. Iżda filwaqt li ssoktat l-investigazzjoni, l-allegat qattiel inżamm fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Karmeli, fejn ingħata wkoll kura psikjatrika.
Fid-dawl li Mangion għadda l-lejl l-isptar mhux magħruf jekk ux se jkun qed jidher quddiem il-ġustizzja llum.
Kien nhar il-Ħadd li l- mara ta’ 33 sena nstabet mejta f’maħżen go borża u mgħottija. Dan wara informazzjoni li għaddiet għand il-pulizija.