Ibqa’ parti mill-bidla. Il-bidla li ġab miegħu Gvern Laburista. 6 snin ilu l-poplu għażel b’ħeġġa liema bħala għall-bidla fit-tmexxija u 6 snin bdiet it-trasformazzjoni ta’ pajjiżna. Trasfromazzjoni li llum qed ingawdu l-frott tagħha.
Pajjiżna li kien fuq ix-xifer ta’ Excessive Deficit Procedure, din is-sena, għat-tielet sena konsekuttiva qiegħed igawdi surplus fiskali. Surplus li sarraf f’ġid kbir għal kulħadd.
Entità li kienet qed tagħmel telf konsiderevoli għal kważi għoxrin sena, il-kumpanija AirMalta din is-sena rreġistrat għall-ewwel darba qliegħ ta’ 1.2 miljun ewro.
Pajjiż li xi darba kien għatxan għax-xogħol u l-opportunitajiet illum għatxan għall-ħaddiema. Pajjiż li ra bidla b’żieda fil-paga minima wara li kienet iffriżata għal deċenji sħaħ.
Għar-raba’ sena konsekuttiva tħabbret żieda fil-pensjonijiet iżda dan għadu biss il-bidu għalihom.
Bidla li ħolqot il-ġid għal kull ċittadin. Bidla li ħolqot tama f’kull ċittadin.
Fil-25 ta’ Mejju int għandek l-opportunità tagħżel. Fil-25 ta’ Mejju ibqa’ kun parti mill-bidla.