Fil-każin nazzjonalista ta’ tas-Sliema Adrian Delia qal li n-nies f’Tas-Sliema qed jagħmlu saħansitra tliet bibien minħabba r-rata ta’ serq f’Tas-Sliema.
Izda c-cifri ufficjali ppubblikati mill-Ministru Michael Farrugia juru li meta mqabbel mal-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista, ir-rapporti ta’ serq minn djar f’Tas sliema naqsu bi tlettin fil-mija.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qed jibqa’ jibbaża l-politika tiegħu fuq l-esaġerazzjonijiet, il-biża’ u l-fatti żbaljati.
Hekk reġa għamel il-Ġimgħa filgħaxija meta kien qed jitkellem fil-kazin nazzjonalista Ta tas-Sliema u qal li n-nies f’Tas-Sliema qed jagħmlu saħansitra t-tielet bieb minħabba r-rata ta’ serq f’Tas-Sliema.
Meta tkellem fl-attivita poltika tal-Partit Laburista fix-Xagħra Għawdex, il-Ministru għall-intern u s-sigurta nazzjonali Michael Farrugia żvela kif imqabbel mal-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista, ir-rapporti ta’ serq minn djar f’Tas-Sliema naqsu bi tlettin fil-mija.
Fl-elfejn u tnax kien hemm sitta u sebgħin serqa minn djar f’Tas-Sliema.
Is-sena li għaddiet kien hemm ħamsa u ħamsin kaz ta’ serq f’Tas-Sliema.
Il-Ministru Michael Farrugia elenka uħud mill-mizuri li qiegħed jieħu l-gvern biex jissielet il-kriminalità u jtejjeb ir-riżorsi u l-kundizzjonijiet tal-forzi tal-ordni.
Hawnhekk espona l-qerq ta’ Adrian Delia li hu parti mill-politika tal-Partit Nazzjonalista bbażata fuq il-biża’.
Fi stqarrija l-gvern qal li dan juri b’mod ċar illi dak li qed jingħad mill-Kap tal-Oppożizzjoni huwa l-bogħod mill-verità u intenzjonat biex jallarma r-residenti fil-lokalità ta’ Tas-Sliema.
Din hi l-istess retorika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li filwaqt li jgħid illi l-kriminalità qed tiżdied bla kontroll, l-istatistika uffiċjali turi li l-każi ta’ kriminalità rrapurtati naqset fl-aħħar sentejn bi kważi 8%. Dan minkejja li f’pajjiżna żdiedet il-popolazzjoni, żdiedu t-turisti u żdiedet l-affluwenza fil-pajjiż.
Il-Partit Laburista qal li Adrian Delia għat-tieni darba qal fatti mhux minnhom. Bil-fatti juru li d-dikjarazzjoni ta’ Delia mhi xejn għajr minn sensiela oħra bbażati fuq il-biża’, imma fuq kollox kontra l-verita’ tal-fatti.
Waqt dibattitu bejn il-mexxejja qal li naqsu l-edukaturi, meta fil-fatt l-edukaturi żdiedu.
Il-Partit Laburista qal li l-kampanja ta’ Delia hija waħda bbażata fuq il-biża’ u n-negattivita’, billi jbeżża b’fatti li ma jeżistux.