Xahar wara li l-Gvern ħabbar li għall-ewwel darba irdoppja n-numru ta’ sajjieda li jistgħu jistadu għat-tonn, il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-media għall-konferenza tal-aħbarijiet f’Marsaxlokk dwar is-sajd.
Hawnhekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-sajd Edwin Vassallo qal li l-Gvern huwa inviżibbli:
“Huwa inviżibbli, ma jinħassx, ma jitkellimx, ma jiddjalogax”
Mistoqsi minn one news biex isemmilna mqarr wiegħda waħda li dan il-Gvern mhux qiegħed iwettaq fil-qasam tas-sajd, Edwin Vassallo spiċċa weġibna fuq il-ħaxix fil-pitkalija
“Inti għedt li Joseph Muscat f’dawn l-aħħar 6 snin ma wettaqx dak li wiegħed? Tista’ ssemmili mqar miżura waħda li fiha ma wettaqx dak li wiegħed? Ija pereżempju jekk nitkellmu fuq tal-biedja, s-sitwazzjoni fil-pitkalija għadha kif kienet sitt snin ilu”
Vassallo, saħansitra qal li l-Prim Ministru ma joffrix tama u li m’għandux viżjoni għall-ġejjieni għal dan is-settur.
Dan minkejja li fl-aħħar jien tħabbret żieda ta’ 34,000 tunnellata fil-kwota tat-tonn li se tinqasam bejn is-sajjieda kollha inkluż dawk żgħar li jaħdmu full time u li hija maħsuba biex mhux biss isaħħaħ lis-sajjieda eżistenti, iżda tagħti wkoll inċentiv u opportunità lil sajjieda biex ikomplu jsaħħu l-flotta Maltija fil-qasam tas-sajd.
Meta affaċċjat b’dawn il-fatti, Edwin Vassalli rrifjuta li jwieġeb aktar minn minstoqsija waħda
“rajna wkoll li x-xahar li għadda, jekk jogħġbok, jekk jogħġbok”
Tul il-konferenza Vassallo injora fost oħrajn il-fatt li l-Gvern nieda wkoll miżura li kienet wegħda elettorali ta’ €100,000 f’appoġġ finanzjarju lis-sajjieda għall-iskema ta’ restawr tad-dgħajjes u investiment ta’ 700 elf ewro fuq it-tiswija u l-bini mill-ġdid ta’ għaxar skali li jintużaw mis-sajjieda fil-port ta’ Marsaxlokk.