Il-Gvern nieda t-tielet skema ta’ Irrestawra Darek għal din is-sena wara s suċċess li dik kisbet fl-aħħar 3 snin. Din kienet idea tal Awtorità tal-Ippjanar biex ċittadini jibbenefikaw minn fond ta’ restawr ta’ madwar €5 miljun.
L-akbar ammont ta’ applikazzjonijiet saru mill-Belt Valletta, tas-Sliema, u Ħaż Żebbuġ fost oħrajn.
Il-kap eżekuttiv tal-Awtorità Johann Buttigieg qal li b’kollox l Awtorità ħarġet 18-il miljun ewro f dawn l aħħar snin għal dik l-iskema biss. Spjega wkoll li jekk grupp ta nies jiftehmu bejniethom biex jirrestawraw faċċata ta’ dar li taqbeż il-50 metru, kull resident kapaċi jingħata sa €20,000ewro għal dan il għan.
Dan se jkun qed isir biex dak li jkun ikollu nċentiv jaħdem mal-oħrajn.
Il-Ministru Ian Borġ qal li aktar minn 1,700 familja bbenefikaw minn din l’iskema fis-snin li ilha disponibbli, u li huwa mistenni li l-fond li tnieda llum jilqa diversi applikazzjoniijiet. Fuq kollox, dan huwa wkoll xogħol li se jagħmel tajjeb għall-estetika tal pajjiż.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l ewwel skemi ttieħdu kollha jiem biss wara li tnedew, u għalhekk il-Gvern ħaseb biex din is sena l pubbliku jkun avżat minn qabel.
L awtorità se tibda tilqa l applikazzjonijiet għall- iskema mill-10 ta gunju li ġej.