Tlestew l-ewwel xogħlijiet mis-sbatax -il triq f’San Pawl il-Baħar.
Dawn it-toroq li jinkludu Triq Isourd, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel, ser itejbu l-kwalità ta’ ħajja u sigurtà tar-residenti, ħaddiema u negozjanti ta’ dawn l-inħawi.
Kien dan il-Gvern li ħa d-deċiżjoni li juża fondi sabiex jagħmel tiswija fuq dawn is-17-il triq għal ġid ta’ dawk kollha li jgħixu u jaħdmu f’dawn it-toroq, wara li Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalistà qatt ma ħa azzjoni sabiex jirranġa dawn it-toroq li tħallew mitluqa sa ma waslu fi stat gravi.