Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Marzu li għadda Malta kellha s-sitt l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u s-sebgħa l-inqas r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħazagħ taħt il-25 sena.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li fl-aħħar ta’ Marzu li għadda, ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.5 fil-mija, 0.5 fil-mija anqas meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
L-uniċi pajjiżi li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn Malta kienu l-Polonja u l-Ungerija li l-qgħad f’dawn il-pajjiżi kien 0.1 fil-mija inqas minn Malta, l-Olanda u l-Ġermanja b’0.2 u 0.3 fil-mija inqas minn Malta u r-Repubblika Ċeka b’1.9%.
L-istatistika Ewropea turi li r-rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 7.7 fil-mija u sal-aħħar ta’ Marzu kienu kważi 16-il miljun li kien qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.