L-Imperatur Ġappuniż Akihito qed jipprepara biex jitlaq mill-kariga, hekk kif huwa l-ewwel monarka tal-pajjiż li abdika t-tron f’mitejn sena.
Iċ-ċerimonji fil-jum tat-Tlieta bdew b’ritwali privati fil-Palazz Imperjali ta’ Tokjo.
Akihito, li għandu ħamsa u tmenin sena, ingħata permess legali sabiex jabdika t-tron wara li qal li ħassu ma jistax ikompli jonora l-irwol minħabba l-eta u saħħtu.
Ibnu, il-Prinċep Naruhito, se jkun inkurunat fil-jum tal-Erbgħa, u b’hek tibda era ġdida. L-irwol tal-imperatur fil-Ġappun m’għandu l-ebda saħħa politika, iżda jservi bħala simbolu nazzjonali.
Ir-renju tal-Imperatur Akihito se jibqa mfakkar għal kommunikazzjoni ma’ nies li qed isofru minn mard jew diżastru, u dan wassal biex ikun maħbub minn ħafna Ġappuniżi.