Investigazzjonijiet ikkonkludew li l-Ark storiku tal-Furjana, li spiċċa ħuġġieġa nar fis-sigħat bikrija tas-Sibt filgħodu, tqabbad apposta.
Rapport fuq Times of Malta juri kif sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li qed jinġabru filmati mill-kameras tas-sigurta f’dik iż-żona sabiex jinqabdu l-imħuħ wara dan ir-reat.
Ir-rapport juri wkoll kif fuq il-fdalijiet tal-Ark instabu traċċi ta’ fjuwil.
Bħalissa għaddejja wkoll investigazzjoni Maġisterjali mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
L-ark tal-festa ta’ San Publiju fil-Furjana ntrama għall-ewwel darba mija u għoxrin sena ilu, u kien parti ewlenija miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa.