Raġel ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li fis-sitta neqsin kwart tat-Tnejn filgħaxija, fi Triq Burmarrad, seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq mill-vittma u karozza Hyundai misjuqa minn persuna ta’ 73 sena mill-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.