Dawn l-aħħar sentejn sar xogħol kbir fuq is-swar tal-Floriana. Bħalissa ix-xogħol jinsab għaddej fuq numru ta’ żoni madwar il-Furjana kollha.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici żar il-lant tax-xogħol fuq parti mill-fortifikazzjonijiet li jagħtu għal fuq il-port il-Kbir. Spjega li dan ix-xogħol fuq il-Lunetta ta’ San Franġisk se jkun qed jiswa mal-€100,000 u x-xogħol kollu mistenni jitlesta sal-aħħar t’Awwissu li ġej.
Fl-aħħar snin sar enfasi fuq il-Belt Valletta u issa dan il-ġojjell ġie restawratbsabiex jitgawda minn kulħadd. Hawnekk sostna li x-xogħol ta’ restawr ma jridx jieqaf fuq il-belt Valletta biss. Spjega kif din iż-żona kienet abbandunata kienet f’periklu kbir li tintilef hekk kif snin twal ta’ telqa ħallew warajhom ħsarat kbar.
Bonnici spjega li bħalissa għaddejjin 71 proġett mid-Direttorat tar-restawr biss madwar numru ta’ rħula u lokalitajiet. Il-Ministru Owen Bonnici qal ukoll li l-investiment madwar il-Furjana fejn jidħol r-restawr ammont għal madwar €1.6 miljun.
Huwa rringrazzja wkoll lill-Kunsill tal-Furjana għax xogħol li qed isir.