Ix-xogħol fuq il-Mediterranean Maritime Hub, fis-sit fejn qabel kien hemm ix-Ship Building tal-Marsa, se jidħol f’fażi ġdida. Għaldaqstant, mit-8 ta’ Lulju, se jingħalaq l-aċċess għall-vetturi mill-Baċir numru 7.
Xhur ilu, it-triq li tgħaddi mill-baċir ma kinitx qed tintuża u infetħet biex taġevola t-traffiku fiż-żona. It-triq se ssir parti minn sit ta’ kostruzzjoni u mhux se tkun sigura’ biżżejjed biex jibqgħu jgħaddu l-vetturi minnha. Transport Malta implimentat is-sistema tat-tidal lane f’Raħal Ġdid biex il-vetturi li kienu jużaw it-triq tal-baċir ikollhom korsija oħra disponibbli fl-agħar ħinijiet tat-traffiku.
Il-Mediterranean Maritime Hub se jkun ċentru marittimu li jagħti servizz lir-riggijiet taż-żejt u istitut għat-taħriġ. L-investiment ta’ €55 miljun huwa opportunita’ biex Malta tkun punt ta’ riferenza għall-industrija tal-gass u ż-żejt, fil-Mediterran u lil hinn minnu.