Statistika oħra tal-Eurostat kompliet tikkonferma kif pajjiżna għandu fost l-anqas rati ta’ qagħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt f’din il-kategorija pajjiżna qed jikklassifika fis-seba’ post b’rata ta’ 9.2%, b’rata li hija ftit anqas minn sitta fil-mija tal-medja Ewropea. L-anqas pajjiż li għandu żgħażagħ mingħajr impjieg huwa l-Iżlanda b’6.1% filwaqt li l-aktar pajjiżi li għandhom żgħażagħ bla xogħol huma l-Maċedonja, l-Greċja u Spanja b’rati li jvarjaw minn 34% sa ftit anqas minn 45.4%.
L-istess statistika wriet li mis-sena elfejn u sbatax għas-sena elfejn u tmintax kien hemm tnaqqis ta’ 1.4% ta’ żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol.
Il-qgħad fost il-persuni ta’ bejn il-15 u l-74 sena wkoll huwa fost l-inqas fir-reġjun Ewropew. Filfatt f’din il-kategorija Malta tinsab fil-5 post minn fost 33 pajjiż minn madwar ir-reġjun Ewropew.
Hawnekk Malta għandu r-rata ta’ 3.7% filwaqt li l-medja Ewropea hija ta’ ftit anqas minn 7%.