B’investiment ta’ €2.8 miljun, il-kumpanija Metallform fetħet espansjoni tal-fabbrika tagħha, biex illum qed tħaddem 307 persuni, madwar 70% minnhom nisa.
Fiż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif din is-settur tal-apparat mediku, li tispeċjalizza fih din il-fabbrika, issarraf f’madwar €70 miljun f’esportazzjoni għal pajjiżna, u jħaddem mal-1,000 persuna f’Malta.
Innota kif il-din il-kumpanija tħaddem nies minn faxex diversi tas-soċjetà, inkluż uħud li kellhom passat turbolenti.
Minn naħa tiegħu, id-direttur maniġerjali ta’ Metallform, Ian Restall, irringrazzja lill-Gvern tal-miżura ta’ child care b’xejn, li wasslet biex għadd ta’ ħaddiema setgħu jaħdmu ma’ din il-kumpanija.