Victoria Schulteis rebħet l-ewwel medalja tad-deheb għall-Malta waqt il-Kampjonati Dinjija tal-Ibburdjar fil-kategorija Optimist li saru fil-Portugall.
Dan kien riżultat storiku għal pajjiżna, għall-isport partikolari u speċjalment għal din iż-żagħżugħa ta’ 14-il sena, li s-sena li għaddiet rebħet medalja tal-bronz fil-Kampjonati Ewropej. Schulteis kienet segwita minn Helena Wolff tad-Danimarka u Jodie Lai ta’ Singapore fit-tielet post.
Fl-istess kompetizzjoni imma fil-klassi Bronz tal-kategorija tal-irgiel, kien qed jieħu sehem Jake Satariano li spiċċa fit-tielet post.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lil Schulteis għas-suċċess li kisbet f’isem pajjiżna.