Dalgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta erba’ djakni djoċesani ġew ordnat Saċerdoti mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
Dan sar f’quddiesa tal-Ordinazzjoni Presbiterali.
L-erba’ djakni li ġew ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Scicluna huma: Dun Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta; Dun Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta; Dun Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Lucija, l‑Imtarfa u Dun Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin.