Raġel ta’ 31 sena minn Santa Venera ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira meta vettura misjuqa minn raġel ta’ 31 sena ħabtet ma’ vettura tat-tip Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Gżira.
Konsegwenza ta’ hekk, erba’ vetturi li kienu pparkjati sofrew xi ħsarat.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier ta’ 31 sena l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.