Il-Gvern ħatar taskforce ġdida li għandha l-għan li tħeġġeġ aktar n-nisa jieħdu l-opportunitajiet fis-settur marittimu.
Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport Ian Borg f’seminar bit-tema Empowering Women in International Maritime Affairs.
“Ħabbart ukoll li bħala pajjiż, bħala ministru inwaqqfu taskforce sabiex niżuraw illi jkollna aktar nisa illi jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan is-settur marittimu. Settur marittimu li jikontribwixxi ħafna anke għall-ekonomija Maltija”.
Dr Borg qal li t-taskforce nazzjonali se taħdem biex tingħata s-setgħa lin-nisa f’dan is-settur li sal-lum għadu ddominat mill-irġiel.
Qal li f’Ottubru li għadda, il-gvern beda missjoni biex jipprowovu d-djalogu dwar in-nisa f’dan is-settur li huwa pilastu b’saħħtu tal-ekonomija ta’ pajjiżna.
Huwa saħaq li għandna ħafna x’niggwadanjaw jekk nassigura li nużaw it-talenti kollha li għandna fis-settur marittimu.