Persuna anzjana ta’ 76 sena ndarbet gravi wara li lbieraħ filgħaxija waqgħet it-taraġ ta’ residenza f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq il-Kbira, Sqaq Nru. 4, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li sarret irriżulta li persuna ta’ 76 sena u residenti Ħal Qormi, x’aktarx waqgħet it-taraġ tar-residenza.
Il-vittma ttieħedet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.