Xufier ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid.
Kien għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għaxra li seħħ impatt bejn Peugeot 307 misjuqa minn persuna ta’ tnejn u ħamsin sena mix-Xgħajra u mutur tat-tip Honda misjuq minn persuna ta’ ħamsa u erbgħin sena mill-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.