Fl-aħħar kart tas-sena l-oħra pajjiżna rreġistra r-raba l-akbar rata ta’ tnaqqis fid-dejn tal-Gvern minn fost il-pajjiżi kollha taż-żona Ewro. Dan ħareġ minn rapport tal-Eurostat jum biss wara li tħabbar li għat-tielet sena konsekuttiva pajiżna reġa kiseb surplus ieħor fil-finanzi tal-Gvern.
L-istatistika tal-Eurostat spjegat kif fl-aħħar xhur tal-2018 Malta rat tnaqqis ta’ 4.2% meta kien imqabbel mal-isess perjodu tas-sena 2017. L-uniku tliet pajjiżi li rreġistraw tnaqqis akbar minn pajjiżna kienu l-Awstrija, l-Olanda u l-Litwanja.
Minn naħa l-oħra Ċipru, l-Greċja u l-Italja raw l-akbar rata ta’ żieda fid-dejn pubbliku fost il-pajjiżi taż-żona ewro kollha. Il-medja għaż-żona Ewro kienet ta ftit anqas minn 2% jiġifieri pajjiżna naqqas id-dejn bid-doppju tal-medja taż-żona Ewro.