Il-festa ta’ San Girgor hija waħda mit-tradizzjonijiet li baqgħu ħajjin mal-Maltin b’mijiert jerħulha lejn ir-raħal tas-sajjieda ta’ Marsaxlokk li llum kien maħnuq bin-nies biex jiċċelebraw din il-festa tradizzjonali li ssir l-Erbgħa wara l-Għid il-kbir.
Kmien l-Erbgħa filgħodu Misraħ biswit il-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun kien mimli attività bi tradizzjonijiet antiki. Fuq il-post sibna ċorma tfal jilagħbu logħob folkloristiku Malti, u ma naqasx il-kant tal-għannejja.
One News tkellem ma’ Frances Tabone, u b’nostalġija ddeskriviet x’kien isir fil-passat.
“Induru kull dak li jkun hemm għall-bejgh, innaqru u nagħmlu, kulħadd bil-ħob biz zejt u ftajjar, nilgħabu naqa tombla, ikollna t-tfal magħna jaqbżu l-baħar, kedda sħiħa li jtuna. Hekk konna nqattgħuha l-ġurnata sħiħa. nilgħabu l-karti, konna niltaqgħu ħafna.”
Frances qaltilna li għalkemm il-festa m’għadhiex kif kienet xorta waħda tibqa’ għall-qalb iż-Żwieten li jerħula lejn Marsaxlokk sa minn figlħodu biex jilagħbu t-tombla u jieklu xi ħaġa tajba.
Il-festa ta’ San Girgor hija marbuta mal-ewwel għawma tas-sena. Iżda fis-sagħtejn li għamilna f’Marsaxlokk ħadd m’ażżarda jmidd riġlejh fil-baħar minħabba t-temp imsaħħab u t-temp ċlampu.
Inant aktar kmieni matul il-jum, tnediet it-tnax-il edizzjoni tal-Għanafest, bil-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici jispjega x’qed isir biex jissaħħu t-tradizzjonijiet.
“Bl-għajnuna ta’ ħidma mal-kurja għax hija festa reliġjuża fil-verita, stajna nagħmlu ċelebrazzjonijiet zgħar propju fil-post fejn din il-festa isehħħ jiġifieri fiż-Żejtun. U nużawha wkoll din l-opportunita biex inħabbru l-kalendarju tal-Għanafest, li normalment isir ftit ġimgħat wara l-festa ta’ San Girgor
Id-Direttur Aritistiku Tiziana Calleja qalet li l-għana fest ta’ din is-sena se jara s-sehem ta’ bands lokali u internazzjonali.
“Importanti li tippjana u tara kif b’mod edukattiv se tnibbet terġgħa dawn it-tradizzjonijiet li forsi xi kultant nieħdu for granted jew forsi qegħdin imutu maż-żmien li ndaħħluhom per eżempju fi skejjel fejn it-tfal ħa jkunu qegħdin jitgħallmu fuqhom dawn. Allura mbagħad il-festival se jieħu żvolta differenti.”
Il-festival ta’ dis-sena se jsir fl-għoxrin u l-wieħed u għoxrin ta’ Ġunju, u se jara taħlita ta’ elementi.