Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika juru li sal-aħħa ta’ Marzu li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’9.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri tal-NSO ipprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus juru li l-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Marzu li għadda naqsu b’182 ħaddiem minn fuq il-kotba tal-qgħad sabiex sal-aħħar ta’ Marzu li għadda, il-persuni qiegħda niżlu għal 1,772 ruħ.
L-Uffiċċju tal-Istatistika qal li l-persuni qiegħda naqsu fil-kategoriji kollha bl-akbar tnaqqis ikun irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom ifittxu xogħol aktar minn sena.
Iċ-ċifri juru wkoll li l-qgħad fost il-persuni b’diżabilità naqsu b’67 biex issa niżlu għal 219.