Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un wasal fil-Lvant tar-Russja għal summit mal-President Russu, Vladimir Putin.
Il-Kremlin qal li l-mexxejja mistennija jitkellmu fuq il-problema nukleari tal-peninsula Koreana.
Kim qed ifittex li jagħti l-appoġġ tiegħu wara li fallew it-taħdidiet mal-president tal-Istati Uniti, Donald Trump.
Trump u Kim iltaqgħu f’Hanoi aktar kmieni din is-sena biex jiddiskutu l-programm tal-armi nukleari tal-Korea ta’ fuq, iżda s-summit li kien it-tieni wieħed bejniethom, intemm mingħajr ebda ftehim.