Is-Sindku Nazzjonalista taż-Żebbuġ Għawdex Nicky Saliba għażel li jikkontesta għall-elezzjoni tal-kunsill lokal bħala indipendenti u mhux f’isem il-Partit Nazzjonalista li kien ilu jimmilita fih għal għexieren ta’ snin.
Dan wara inkwiet intern li kien hemm bejnu u l-Partit Nazzjonalista.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalulna li Saliba għen ħafna lil Adrian Delia fit-telliqa għall-Kap, iżda f’dawn l-aħħar xhur spiċċaw biex kisruha ma’ xulxin.
Is-sorsi qalulna li Saliba jargumenta li għandu l-esperjenza meħtieġa biex jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni f’ismu u mhux f’isem il-Partit Nazzjonalista.
David Apap huwa sindku ieħor li mhux se jikkontesta fuq il-lista tal-partit Nazzjonalista.
Sorsi qalulna li l-Partit Nazzjonalista prova jkellem lil Apap imma dan ma riedx jaf.
Tant hu hekk, li qiegħed jikkontesta għal rasu.
Apap ħajjar ukoll waħda mill-kunsillieri nazzjonalisti sabiex ma tikkontestax mal-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt il-kunsilliera tal-Għarb Shirley Ann Cecchini għazlet li tikkontesta b’mod indipendenti ma’ Apap flok mal-partit Nazzjonalista.
Apparti dawn hemm ukoll numru ta’ perusni li qegħdin fil-kunsill bħalissa u mhux se jerġgħu jikkontestaw.
Dan f’mument ta’ ġlied intern fil-Partit Nazzjonalista li ma jista’ jispiċċa qatt, bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil.