Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet il-Gvern għalaq is-sena b’surplus ta’ kważi €251 miljun.
Dan kien it-tielet surplus konsekuttiv u t-tieni l-akbar surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea matul is-sena li għaddiet.
Fil-fatt ċifri maħruġa mill-Eurostat juru li Malta kellha t-tieni l-ogħla surplus fil-finanzi tal-Gvern.
L-istatistika tal-NSO turi li s-surplus kien dovut għal żieda fid-dħul tal-Gvern ta’ kważi €354 miljun meta fl-istess waqt in-nefqa tal-Gvern żdiedet bi ftit aktar minn €490 miljun.
Miċ-ċifri uffiċjali tal-NSO maħruġa skont l-obbligi tat-Trattat ta’ Maastricht li jgħoddu għall-pajjiżi kollha msieħba fiż-Żona Ewro, jirriżulta li s-surplus ta’ Malta kien ta’ 2% tal-Prodott Domestiku Gross, 0.4% biss anqas minn dak tal-Lussemburgu.
Dan meta r-regoli ta’ Maastrich jesiġu li l-pajjiż fiż-żona ewro ma jkollhomx żbilanċ ta’ aktar minn 3% u dejn li ma jaqbiżx is-sitttin fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.
L-istatistika turi wkoll li matul is-sena li għaddiet, il-Gvern kompla jnaqqas il-piż tad-dejn minn fuq il-familji Maltin u kien ferm aħjar minn dak li tesiġi l-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Gvern mhux biss naqqas id-dejn minn kważi tmienja u sittin fil-mija fl-2012 għal 46% s-sena li għaddiet, iżda reġġa’ ż-żieda fil-piż tad-dejn nazzjonali li għamlu tliet amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti.
Sitwazzjoni li pajjiżna kien ilu aktar minn 20 sena ma jkollu piż tad-dejn bħala proporzjoni tal-piż nazzjonali daqshekk baxx u daqshekk taħt l-obbligi Ewropej.
#Malta has registered its third annual fiscal #surplus in a row. At 2%, this is second highest recorded in EU for 2018. Debt is now down to a very sustainable 46% of GDP. This is how far we have come together. From deficit to surplus, from unsustainability to sustainability -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) April 23, 2019