Tifel ta’ 6 snin qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn taraġ ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.35pm fi Triq Ħaddara fiż-Żejtun.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.