Taljan li huwa s-sid ta’ kumpanija tal-iGaming ibbażata f’Malta, ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie arrestat abażi ta’ mandat t’arrest Ewropew.
Ir-raġel ta’ 43 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti, ġie arrestat fid-dar tiegħu fis-Swieqi hekk kif saret talba mis-sistema ta’ informazzjoni tas-Schengen wara talba ta’ estradizzjoni u mandat ta’ arrest minn qorti f’Redgio Calabria.
L-Avukat Matthew Xuereb qal li r-raġel kellu jiffaċċja 7 snin ħabs fl-Italja, u oġġezzjona għall-ħelsien minħabba li l-proċeduri kienu għadhom fi stadju wisq bikri biex ir-raġel jinħeles mill-kustodja.