F’Jum l-Għid, raġel li ismu ma jistax jixxandar b’divjett, tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lil missieru f’argument li nqala’ s-Sibt fiż-Żurrieq.
Il-Pulizija arrestat lill-imputat wara li missieru mar f’għassa fejn deher imbeżża’ u qal lill-uffiċjali li ibnu heddu u weġġgħu.
Ir-raġel kien iċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief fl-inċident.
Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, iż-żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ tlett elef ewro.
Huwa ġie ordnat jiffirma fl-għassa darba f’ġimgħa u ma jersaqx lejn qrabatu sakemm jintemmu l-proċeduri.