Iktar minn 180 persuna nqatlu minn għargħar fix-xmara Yangtze fiċ-Ċina wara xita torrenzjali.
Fost il-mejta hemm 23 persuna li nqatlu meta kien hemm mudslide u tmien persuni oħra mietu fil-belt Wuhan meta waqgħet sezzjoni tal-ħajt.
Bejn 10 u 50 ċentimetru ta’ xita niżlet f’seba provinċji, filwaqt li maltempati qed jolqtu ċ-ċentru u n-nofsinhar taċ-Ċina.
Minn tal-inqas 45 persuna jinsabu nieqsa filwaqt li tltiet u tletin milju persuna ġew affetwati mit-temp. Ix-xita saħansitra ġarret binarji tal-ferrovijiu kellhom jingħalqu diversi netwerks tat-toroq.