Dan huwa l-filmat esklussiv tal-arrest li kiseb one.com.mt ftit tal-ħin wara li ġuvni t’24 sena pprova jsuq fuq Pulizija tat-traffiku fil-Ħamrun u qaliblu l-mutur. Ir-raġel minn Ħal Tarxien ġie arrestat wara li kien imwaqqaf minn Pulizija tat-Traffiku minħabba li kellu l-ħġieġ tal-vann tiegħu iswed tuta.
Il-Pulizija ma’ sofra l-ebda ġrieħi madankollu l-filmat juri lill-ġuvni jirreżisti lill-Pulizija kemm meta kien riekeb fil-vann kif ukoll fit-triq.
Aktar dettalji fil-link t’hawn taħt.
http://www.one.com.mt/2019/04/20/il-kugin-ta-liam-debono-arrestat-wara-li-prova-jsuq-fuq-pulizija-fil-hamrun/