L-uffiċjali ta’ Transport Malta qed iwettqu diversi spezzjonijiet fit-toroq kollha li qed isir ix-xogħol jew tibdil infrastrutturali fihom. Filfatt, dawn l-uffiċċjali xogħlhom huwa li joħorġu direttivi u linji gwida lill-kuntratturi li jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet f’dan it-toroq.
Kelliem għal Transport Malta kkonferma wkoll li tul l-erba’ xhur li ilu li beda x-xogħol fi Triq Buqana diġà saru mat-30 spezzjoni minn Transport Malta. Il-ġimgħa l-oħra fit-tarf ta’ din it-triq u kantuniera ma’ Triq Sir Temi Zammit tilfu ħajjithom omm u bint wara li l-vettura li kienu fiha ħabtet ma’ karozza oħra.
Bħalissa fi Triq Buqana jinsabu għadejjin numru ta’ xogħlijiet sabiex din il-medda ta’ triq li tintuża minn eluf ta’ karozzi titwessa’ b’karreġjata oħra li tieħdok sal-bypass tal-Imġarr. L-istess kelliem innota kif kull meta Transport Malta rrimarkat xi prassi perikolużi waqt il-lant tax-xogħol f’din it-triq, il-kuntrattur dejjem irratifika kollox f’ħin qasir.
F’każ li l-kuntratturi ma jobdux mal-istruzzjonijiet tal-uffiċjali ta’ Transport Malta. L-Awtorità toħroġ tiwssija u jekk ix-xogħol jibqa’ jsir b’mod perikoluż jinħarġu wkoll multi fil-konfront tal-kuntrattur.