Żewġ tfajliet adoloxxenti ġew arrestati fl-istat Amerikan ta’ Florida wara li allegatament pjanaw biex joqtlu disa’ persuni. It-tfajliet, li għandhom 14-il sena, ġew arrestati l-Erbgħa li għadda wara li għalliema sabet folder bid-dettalji tal-allegati pjanijiet tagħhom.
Fuq ġewwa kien hemm miktuba noti b’lista ta’ ismijiet u dettalji pjanati fuq kif se jwettqu l-qtil. Fuq nota oħra kien hemm miktub ukoll xi ħwejjeġ se jilbsu l-adoloxxenti.
Kelliem għall-pulizija fi Florida saħaq li anke jekk it-tfajliet ħasbu hekk, ma tagħmilx ċajta dwar qtil ta’ persuna jew persuni.