Ġurnalista ta’ 29 sena nqatlet f’Londonderry fl-Irlanda matul il-lejl li għadda.
L-omiċidju seħħ meta l-ġurnalista kienet qed tirrapporta protesta mid-dimostranti fl-istess belt. Qed jingħad li dan l-attakk seħħ mir-Repubblikani.
Huwa mifhum li l-ġurnalista ntlaqtet b’tir wara li persuna fetħet in-nar għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija qalet li l-ġurnalista minn Belfast inqatlet f’inċident terroristiku. Qalet ukoll li minnufih skattat investigazzjoni ta’ omiċidju.
Rapporti internazzjonali qalu wkoll li s-suspett wara dan l-attakk huma terroristi ta’ dixxindenza Repubblikana.