ll-kumpanija GO nediet fond ta’ €2 miljun biex tgħin kumpaniji żgħar li għadhom fil-bidu tagħhom biex jibdew joperaw fil-qasam tat-teknoloġija fosthom dak tal-intelliġenza artifiċjali.
Il-fond se jservi ta’ għajnuna għal dawn il-kumpaniji li għadhom qegħdin jidentifikaw modi biex jimplimentaw proġetti diġitali marbuta ma’ teknoloġiji ġodda.
Barra għajnuna finanzjarja, il-kumpanija se toffri l-esperjenza teknika li għandha kif ukoll post minn fejn dawn il-kumpaniji żgħar ikunu jistgħu joperaw f’uffiċini f’Birkirkara.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija GO Nikhil Patil qal li l-kumpanija kienet qed issegwi mill-qrib numru ta’ ideat u beda diskussjonijiet dwar uħud mill-proġetti ta’ interess. Qal li Malta toffri għadd ta’ servizzi lill-kumpaniji żgħar izda jħabbtu wiċċhom ma’ problema biex isibu sorsi lokali ta’ finanzjament u investiment.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li huw essenzjali li s-settur prival isir protagonis biex jiġibed talent barrani waqt li jgħin biex ikabbar u jsaħħaħ it-talent lokali.