Malta Public Transport qed toffri lil dawk kollha li għandhom Tallinja Card ippersonalizzata l-opportunità li jivvjaġġaw b’xejn fuq in-Night Routes, li huma r-rotot li joperaw matul il-lejl, waqt il-vaganzi tal-Għid. Dan l-aħħar is-servizz tan-Night Routes ġie aġġornat sabiex joffri iktar konvenjenza lill-passiġġieri, b’rotot ġodda li jservu aktar lokalitajiet u jipprovdu servizz aktar effiċjenti.
Sabiex jibbenefikaw mill-offerta, li hija applikabbli biss fuq vjaġġi tan-Night Routes li jsiru bejn id-19 u t-30 ta’ April 2019, il-klijenti sempliċement iridu jħallsu bit-Tallinja Card ippersonalizzata tagħhom u l-ewwel żewġ vjaġġi jiġu rimborsati. M’hemmx għalfejn tapplika għal din l-offerta, peress li dawk kollha li għandhom Tallinja Card ippersonalizzata se jidħlu awtomatikament fl-iskema meta jivvjaġġaw fuq in-Night Routes.
Malta Public Transport bħalissa qed topera tmien rotot matul il-lejl, li jistgħu jiġu identifikati bl-“N” quddiem in-numru tar-rotta.
Dawn iż-żewġ rotot joperaw mit-Tnejn sal-Ħadd:
- Rotta N13 minn San Ġiljan sal- Belt Valletta via Tas-Sliema, l-Imsida u l-Floriana
- Rotta N212 minn Tas-Sliema sa’ Buġibba via San Ġiljan u Baħar iċ-Ċagħaq
Dawn is-sitt Rotot joperaw fi tmiem il-ġimgħa:
- Rotta N11 minn San Ġiljan saċ-Ċirkewwa via Buġibba
- Rotta N40 minn San Ġiljan sal-Mosta via San Gwann u n-Naxxar
- Rotta N50 minn San Ġiljan sa-Rabat via Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard
- Rotta N71 minn San Ġiljan sal-Imqabba via Ħal Luqa, l-Ajruport, iż-Żurrieq u l-Qrendi
- Rotta N91 minn San Ġiljan sa’ Santa Luċia via l-Marsa, Raħal Ġdid, Ħaż Żabbar, Iż-Żejtun u Marsaskala
- Rotta N209 minn San Ġiljan sa’ Ħaż Żebbug via l-Ħamrun, Ħal Qormi u s-Siġġiewi