L-eks President tal-Peru Alan Garcia neħħa ħajtu b’idejh hekk kif il-Pulizija ħarġet mandat għall-arrest tiegħu fuq akkużi ta’ tixħim. Mewtu kienet ikkonfermata mill-President attwali tal-pajjiż, Martin Vizcarra.
Hu mifhum li Garcia kien se jkun akkużat li xxaħħam minn kumpanija Brażiljana tal-kostruzzjoni, iżda dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.
Huwa serva bħala President tal-Peru bejn l-elfejn u sitta u l-elfejn u ħdax.