L-eks membru ta’ Pink Floyd Roger Water ħeġġeġ lil Madonna biex ma tkantax fil-Eurovision Song Contest li se jsir fl-Iżrael ix-xahar id-dieħel.
Madonna kienet ikkonfermata li se tkanta bħala parti mill-ispettaklu fl-ikbar avveniment televiżiv Ewropew il-ġimgħa li għaddiet.
Iżda Waters qal li kull min se jieħu sehem fil-Eurovision sabiex juru simpatija lejn il-Palestinjani u l-qagħda ekonomika mwiergħa fl-istrixxa ta’ Gaza.
Qal li kull min se jkanta qed ikun jinnormalizza u jaċċetta l-okkupazzjoni, ir-razziżmu, il-priġjunerija tat-tfal u l-qtil ta’ dawk li qed jipprotestaw b’mod paċifiku.